16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/8
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-598/12)
2013/C 79/14
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 2(1), (22), (32) u (33), l-Artikolu 3(7), (8) u (13), l-Artikolu 6(1) u (3), l-Artikolu 9 kif ukoll l-Artikoli 13 sa 14 u l-Artikoli 17 sa 23, l-Artikoli 10 u 11, l-Artikolu 16(1) u (2), l-Artikolu 26(2)(b), (c) u (d), it-tielet u r-raba’ sentenza, l-Artikolu 29, l-Artikolu 38(1) sa (4), l-Artikolu 39(1) sa (4) u l-Artikolu 40(1) sa (3) u (5) sa (7) ta’, u l-punti 1 u 2 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1) u fi kwalunkwe każ billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’tali dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49(1) ta’ dik id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, b’mod konformi mal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2009/72/KE bir-rata ta’ EUR 84 378,24 għal kull jum, dekorribbli mid-data li tingħata s-sentenza f’din il-kawża;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE skada fit-3 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU 2009 L 211, p. 55.
Full & Egal Universal Law Academy