6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Pia Braun vs Region Hannover
(Kawża C-603/12)
2013/C 101/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pia Braun
Konvenut: Region Hannover
Domandi preliminari
F’każ bħal dak ineżami, fejn studenta li tkun għadha tgħix mal-ġenituri tagħha fi Stat Membru b’konfini mal-Ġermanja, liema ġenituri jivvjaġġaw regolarment lejn il-Ġermanja għax-xogħol, tkun applikat għal benefiċċju tal-għajnuna għat-taħriġ fi Stat Membru terz, id-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera mogħti lil ċittadin tal-Unjoni permezz tal-Artikoli 20 u 21 TFUE jipprekludi sistema regolatorja tad-dritt nazzjonali li bis-saħħa tagħha ċ-ċittadini Ġermaniżi li jkollhom residenza permanenti barra mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jkunu jistgħu jingħataw benefiċċju tal-għajnuna għal taħriġ fi stabbiliment li jkun jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea biss kemm-il darba ċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ partikolari jiġġustifikaw tali għoti u, skont din is-sistema, l-għoti tal-benefiċċju jibqa’, fir-rigward tal-kumplament, taħt id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti?
Full & Egal Universal Law Academy