6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Giessen (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Johannes Peter vs Bundeseisenbahnvermögen
(Kawża C-610/12)
2013/C 101/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Giessen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Johannes Peter
Konvenut: Bundeseisenbahnvermögen
Domanda preliminari
F’każ ta’ inugwaljanza fit-trattament bejn l-uffiċjali miżżewġa u uffiċjali li jgħixu flimkien fil-kuntest ta’ sħubija rreġistrata, inugwaljanza li diġà tista’ tiġi kkonstatata fil-passat, huwa konformi mad-Direttiva 2000/78/KE (1) li tiġi sodisfatta talba retroattiva fil-qasam ta’ remunerazzjoni intiża sabiex tistabbilixxi ugwaljanza fit-trattament skont prinċipji Kostituzzjonali fis-seħħ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tapplika biss mill-bidu tas-sena baġitarja li matulha l-uffiċjal, għall-ewwel darba, iressaq din it-talba kontra l-persuna li timpjegah?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy