6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Helm Düngemittel GmbH vs Hauptzollamt Krefeld
(Kawża C-613/12)
2013/C 101/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helm Düngemittel GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Krefeld
Domanda preliminari
Għandu jiġi kkunsidrat li l-oriġini ta’ merkanzija ma hijiex stabbilita jekk iċ-ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija ikun maħruġ għal parti biss minn din il-merkanzija skont l-Artikolu 20 tal-Protokoll 4 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” jew “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tas-17 ta’ Frar 2006 (1), minkejja li r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni ma ġewx sodisfatti għaliex fil-mument tal-ħruġ taċ-ċertifikat, il-merkanzija ma kinitx taħt is-superviżjoni tal-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat?
(1) ĠU L 73, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy