Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2012 — Hermes Hitel és Faktor
(Kawża C-16/12)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Liġi dwar il-foresti — Assenza ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Talba għall-interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Talba mressqa fil-kuntest ta’ kawża dwar l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi dritt — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 13-16, 19, 20)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gyulai Törvényszék — Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn istituzzjoni finanzjarja u istituzzjoni pubblika — Emenda leġiżlattiva li tiddikjara extra commercium ċerti territorji ta’ foresta li qabel kienu beni in commercium — Emenda li tagħmel impossibbli l-bejgħ b’irkant pubbliku ta’ artijiet koperti mill-imsemmija ipoteka wara l-proċeduri ġudizzjarji li nbdew mill-kreditur għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt mid-debitur.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni hija manifestament nieqsa minn ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija), permezz tad deċiżjoni tal-4 ta’ Jannar 2012.
Full & Egal Universal Law Academy