Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — Trevisanato vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-25/12 P)
“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Talba intiża li tingħata ordni sabiex il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar l-interpretazzjoni u t-traspożizzjoni ta’ direttiva — Inammissibbiltà manifesta”
1. Appell — Aggravji — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 15-18)
2. Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat — Kundizzjonijiet — Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt — Digriet mogħti fl-assenza ta’ risposta — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 111) (ara l-punti 21-23)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011, Trevisanato vs Il-Kummissjoni (T-510/11), li permezz tiegħu din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tieħu pożizzjoni dwar l-ilment ippreżentat mir-rikorrent — Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti opinjoni vinkolanti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327) — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
G. Trevisanato għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy