Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ziemski u Kozak
(Kawża C-31/12)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assenza ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammissibbiltà manifesta”
Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 6 u 7, u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy w Zakopanem — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “regolament tekniku” li jinsab fl-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8) — Obbligu ta’ Stat Membru li jikkomunika lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku — Liġi ta’ Stat Membru dwar il-logħob tal-ażżard.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Zakopanem (il-Polonja), b’deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy