Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Settembru 2012 — Noscira vs UASI
(Kawża C-69/12 P)
“Appell — Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu — Difett li jista’ jiġi rregolarizzat — Żball skużabbli — Appell manifestament infondat”
1. Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Nuqqas ta’ preżentata tal-oriġinal tar-rikors iffirmat qabel l-iskadenza tat-terminu — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(6)) (ara l-punti 22-23)
2. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 27)
3. Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Żball skużabbli — Applikazzjoni stretta tar-regoli tal-Unjoni — Portata (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punti 34, 35)
4. Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Kunċett — Żball skużabbli — Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punti 38, 39)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Novembru 2011, Noscira vs UASI (T-307/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ZENTYLOR” kontra d-Deċiżjoni R 661/2010-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Marzu 2011, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali “XENTRIOR” — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà manifesta.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Noscira SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy