Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — Tam
(Kawża C-74/12)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assenza ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammissibbiltà manifesta”
Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 92(1), u 103(1)) (ara l-punti 5-7)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa fuq il-persuna barranija li tkun daħlet b’mod illegali fit-territorju nazzjonali jew li tkun irrisjediet f’dan it-territorju b’mod illegali — Ammissibbiltà tar-reat kriminali ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija immedjata għal perijodu ta’ minn tal-inqas ħames snin jew b’piena li tirrestrinġi l-libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy