Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2012 —
Akhras vs Il-Kunsill
(Kawża C-110/12 P(R))
Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja —Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Talba għas-sospensjoni bbażata fuq id-dispożizzjoni li tipprovdi għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tas-sentenza għall-annullament ta’ regolament wara ċ-ċaħda tal-appell — Talba infondata fl-assenza tal-imsemmi dannu (Artikolu 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60) (ara l-punti 27, 28)
3. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 33, 34)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu kkawżat minn miżuri intiżi għall-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Elementi tali li juru dan id-dannu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-51)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 55, 56)
6. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Proċedura — Opportunità ta’ smigħ tal-partijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 105(2)) (ara l-punti 57-59)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011, T-579/11 R, Akhras vs Il-Kunsill, li permezz tiegħu din il-qorti ċaħdet it-talba għal miżuri provviżorji u għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jirrigwardaw lill-appellant.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Akhras huwa kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy