Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 taʼ Mejju 2012 — Corpul Naţional al Poliţiştilor
(Kawża C‑134/12)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Validità taʼ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru taʼ kategoriji taʼ uffiċjali pubbliċi — Assenza taʼ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest taʼ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tikkostitwixxix miżura ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas taʼ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea Artikolu 51(1)) (ara l-punti 12, 13 u d-dispożittiv)
2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Talba għall-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Nuqqas taʼ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jorbot lill-Istati Membri lil hinn mill-kuntest tad-dritt tal-Unjoni (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punt 14 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Constanţa — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(1), 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Ammissibbiltà taʼ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru taʼ kategoriji taʼ uffiċjali pubbliċi — Ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-prinċipji taʼ ugwaljanza fit-trattament u taʼ nondiskriminazzjoni.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (Rumanija), permezz taʼ deċiżjoni tat-8 taʼ Frar 2012.
Full & Egal Universal Law Academy