31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/45
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2013 — Bogusz vs Frontex
(Kawża F-5/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Persunal tal-Frontex - Tibdil tal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-perijodu ta’ prova previsti fl-Artikolu 14 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Iffissar tal-għanijiet - Motiv imqajjem għall-ewwel darba fis-seduta)
2013/C 252/76
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Slawomir Bogusz (Dobroszyce, il-Polonja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, bħala aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex li timponi sanzjoni fuq ir-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn S. Bogusz.
(3)
S. Bogusz għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 133, 05.05.2012, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy