9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/32
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Bourtembourg vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-6/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kunċett ta’ residenza abitwali - Ċentru permanenti jew abitwali tal-interessi - Residenza temporanja sabiex jitwettqu l-istudji - Post għall-eżerċizzju tal-attività professjonali - Relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat)
2013/C 38/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Julien Bourtembourg (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Dony, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta’ Mejju 2011, li tirrifjuta lil J. Bourtembourg l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn J. Bourtembourg.
(1) ĠU C 184, 23.06.2012, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy