31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/45
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — BY vs AESA
(Kawża F-8/12) (1)
(Persunal tal-AESA - Membru tal-persunal temporanju - Tkeċċija minħabba inkompetenza professjonali - Dmir ta’ premura - Raġuni esterna għad-diffikultajiet professjonali - Fastidju psikoloġiku - Mard - Danni)
2013/C 252/77
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent u t-talba ta’ ħlas għad-dannu allegatament imġarrab minħabba din it-tkeċċija u l-fastidju allegat.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni hija kkundannata tħallas lil BY is-somma li tikkorrispondi għal disa’ xhur tar-remunerazzjoni netta li kien jirċievi sa lejliet it-tkeċċija tiegħu.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BY.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy