Kawża F-9/12 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016 – CC vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Żbalji mwettqa fil-ġestjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa — Kompetizzjon ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EUR/A/151/98 — Ugwaljanza fit-trattament — Miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza [kunfidenzjali] ( 1 ) — Investigazzjoni mill-Ombudsman Ewropew)
( 1 ) Informazzjoni kunfidenzjali moħbija
C3642016MT2910120160721MT0032291291
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016 – CC vs Il-Parlament
(Kawża F-9/12 RENV)
“(Servizz pubbliku — Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Żbalji mwettqa fil-ġestjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa — Kompetizzjon ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EUR/A/151/98 — Ugwaljanza fit-trattament — Miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza [kunfidenzjali] ( 1 ) — Investigazzjoni mill-Ombudsman Ewropew)”2016/C 364/32Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CC (rappreżentant: G. Maximini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti
Suġġett tal-kawża
Talba sabiex il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jikkumpensa d-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti minħabba l-iżbalji mwettqa fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva tagħha.
Dispożittiv
1)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CC is-somma ta’ EUR 12000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CC fil-Kawżi F-9/12, T-457/13 P u F-9/12 RENV.
( 1 ) Informazzjoni kunfidenzjali moħbija
Full & Egal Universal Law Academy