31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/46
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Achab vs KESE
(Kawża F-21/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament)
2013/C 252/79
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohammed Achab (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène u G. Boudot, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li twaqqaf l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent u li tordna l-ikrupru retroattiv ta’ din l-allowance.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2011 hija annullata sa fejn tordna l-ikrupru tal-allowances tal-espatrijazzjoni mħallsa lil M. Achab b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn M. Achab.
(4)
M. Achab għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 133, 05.05.2012, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy