8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Hall vs Il-Kummissjoni u CEPOL
(Kawża F-22/12) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Allowance tal-edukazzjoni - Ulied tal-konjuġi tar-rikorrent li ma jgħixux fid-dar tal-koppja - Kundizzjonijiet għall-għoti)
2014/C 39/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mark Hall (Petersfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti) u Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (rappreżentant: F. Bánfi, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talba tar-rikorrent li jingħata l-allowance għall-ulied dipendenti u l-allowance tal-edukazzjoni għat-tliet ulied tal-konjuġi tiegħu għall-perijodu meta huma kienu għadhom jgħixu fil-Filippini.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors, sa fejn huwa ppreżentat kontra l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Id-deċiżjoni impliċita tal-25 ta’ Marzu 2011 kif ukoll id-deċiżjoni espliċita tal-11 ta’ Lulju 2011 tal-Kummissjoni Ewropea li jiċħdu t-talba għal allowance għall-ulied dipendenti u għal allowance tal-edukazzjoni għat-tliet ulied tal-konjuġi ta’ M. Hall, għall-perijodu meta huma kienu għadhom jirrisjedu fil-Filippini, huma annullati.
(3)
Il-kumplament tar-rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. Hall.
(5)
M. Hall huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy