8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/31
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Glantenay et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda F-23/12 u F-30/12) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 - Għażla abbażi ta’ kwalifiki - Eliminazzjoni ta’ kandidati mingħajr eżami konkret tal-lawrji tagħhom u tal-esperjenza professjonali tagħhom)
2014/C 71/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jérôme Glantenay et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Rikorrent: Marco Cecchetto (Rovigo, l-Italja) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talna għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ġħażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li jiġu esklużi l-kandidaturi ta’ Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll ta’ Venckunaite u Zaleska mill-proċedura ta’ kompetizzjoni, mingħajr ma dawn ikunu eżaminati fil-kuntest tat-tieni fażi tal-għażla abbażi tal-kwalifiki stipulati fl-avviż ta’ kompetizzjoni, huma annullati.
(2)
Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi F-23/12 u F-30/12 huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati disa’ minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll minn Venckunaite u Zaleska.
(4)
Cruceru għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati wieħed min għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012, p. 35, ĠU C 138, 12.5.2012, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy