24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Cerafogli vs BĊE
(Kawża F-26/12) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Aċċess tal-persunal tal-BĊE għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg - Regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konsistenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors - Ammissibbiltà - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għall-adozzjoni ta’ regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE għal aċċess għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg))
2014/C 421/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, E. Carlini u S. Lambrinoc, aġenti, D. Waegenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti kif ukoll it-talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li biha d-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi umani, Baġit u Organizzazzjoni” tal-Bank Ċentrali Ewropew ċaħad parzjalment it-talba għal aċċess għal ċerti dokumenti ppreżentata fl-10 ta’ Mejju 2011 minn M. C. Cerafogli hija annullata.
2)
Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 1 000.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.
(1) ĠU C 184, 23.6.2012, p. 22
Full & Egal Universal Law Academy