8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/88
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-37/12) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata ta’ fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President li ma jittiħdux passi fir-rigward ta’ lment - Annulation - Rikors għad-danni))
(2016/C 048/98)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Banque européenne d'investissement (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba ta’ annullament, minn naħa, tal-ittra tal-President tal-BEI li permezz tagħha dan ċaħad, wara l-opinjoni tal-bord “Dignity at work”, l-ilment għal fastidju psikoloġiku mir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, il-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-imsemmi bord sa fejn dan ma jikkonstatax il-fatti tal-fastidju psikoloġiku.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 li permezz tagħha il-president tal-Bank Ewropew ta’ Investiment ċaħad l-ilment għal fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Bank Ewropew ta’ Investiment għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.
(1) ĠU C 184, 23/06/2012, p. 24.
Full & Egal Universal Law Academy