8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/32
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 — BP vs FRA
(Kawża F-38/12) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat għal żmien indeterminat - Assenjazzjoni mill-ġdid f’servizz ieħor sal-iskadenza tal-kuntratt - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
2014/C 71/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BP (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti u d-deċiżjoni li din tiġi ttrasferita f’dipartiment ieħor tal-aġenzija kif ukoll talba għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BP għandha tbati l-ispejjeż kollha tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy