30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/23
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — BQ vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-39/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rapport ta’ evalwazzjoni - Fastidju prikoloġiku - Danni - Ammissibbiltà - Termini)
2013/C 352/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BQ (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, B. Schäfer u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rikonoxximent ta’ aġir illegali li allegatament ikkawżalu dannu materjali u morali.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tħallas EUR 2 000 lil BQ.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) DO C 138, de 12.5.2012, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy