8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/32
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Cortivo vs Il-Parlament
(Kawża F-52/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Stat Membru ta’ residenza - Kunċett - Residenza prinċipali - Residenza mqassma bejn żewġ Stati Membri - Dokumenti ta’ sostenn - Aspettattivi leġittimi)
2014/C 71/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Luisa Cortivo (Sagone, Franza) (rappreżentant: A Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tinkludi l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti u li tneħħi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
M. L. Cortivo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 200, 7.7.2012, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy