31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Buschak vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Allowance tal-qgħad - Kontribuzzjonijiet lill-iskema tal-pensjoni - Ilment tardiv)
2013/C 252/81
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Willy Buschak (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Menssen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitħallsux kontribuzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrent lil skema tal-pensjoni nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea wara tmiem il-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu li fih huwa kien qiegħed u talba għall-inklużjoni tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea jew għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
W. Buschak għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy