11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — BF vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
(Kawża F-59/12) (1)
(Servizz pubbliku - Nomina - Pożizzjoni vakanti ta’ direttur - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Att li jikkawża preġudizzju - Assenza - Inammissibbltà)
2014/C 9/45
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ECA/2011/67 tal-Qorti tal-Awdituri għal-post ta’ direttur tad-direttorat tar-riżorsi umani.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BF għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 227, 28.07.2012, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy