22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/25
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Frar 2014 — Armani vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-65/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Dritt għall-benefiċċju tal-allowance għall-ulied dipendenti - Wild dipendenti - Wild tal-konjuġi tar-rikorrent)
2014/C 85/41
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Armani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u V. Joris, bħala aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikkonċedix lir-rikorrent allowance tal-familja għal wild il-konjuġi tiegħu, imwieled minn żwieġ preċedenti.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrikonoxxi d-dritt ta’ Armani għal allowance għall-ulied dipendenti fir-rigward ta’ wild il-konjuġi tiegħu, hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Armani.
(1) ĠU C 243, 11.8.12, p. 34
Full & Egal Universal Law Academy