30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/24
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2013 — Scheidemann vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-76/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Trasferiment interistituzzjonali - Artikoli 43 u 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Promozzjoni - Punti ta’ mertu - Ugwaljanza fit-trattament - Awtonomija tal-istituzzjonijiet)
2013/C 352/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sabine Scheidemann (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-punti ta’ mertu miksuba fi ħdan istituzzjoni oħra u tan-nota amministrattiva li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
S. Scheidemann għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012, p. 41
Full & Egal Universal Law Academy