8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/89
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-82/12) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni ġdid tal-2007 - Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Rifjut ta’ promozzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 048/99)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment BEI (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba ta’ annullament tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent ippreżentat kontra r-riżultat tat-tieni evalwazzjoni globali tal-prestazzjoni tiegħu matul is-sena 2007.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-15 ta’ Frar 2012 hija annullata.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-konklużjonijiet li wasslu għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tas-sena 2007.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.
(1) ĠU C 319, 20/10/2012, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy