22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 — Bodson et vs BEI
(Kawża F-83/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema ta’ primjums tal-BEI)
2014/C 85/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, P. E. Partsch, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġi applikat fir-rigward tar-rikorrenti primjum skont is-sistema l-ġdida ta’ prestazzjonijiet kif tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-14 ta’ Diċembru 2010 u mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija tad-9 ta’ Novembru 2010 u tas-16 ta’ Novembru 2011 u, min-naħa l-oħra, it-talba sussegwenti li l-konvenut jiġi kkundannat għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni kif ukoll għall-ħlas tad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
J.-P. Bodson u s-seba’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy