8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/33
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Settembru 2013 — CN vs Il-Kunsill
(Kawża F-84/12) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat tal-Invalidità - Rapport mediku - Data medika ta’ natura psikjatrika jew psikoloġika - Sigriet mediku - Aċċess - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
2014/C 71/64
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: J. Herrmann u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess dirett għar-rapport finali tal-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Invalidità u l-aċċess għad-dijanjosi tat-tielet tabib ta’ dan il-Kumitat.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
CN għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 295, 29.9.2012, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy