8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/32
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta April 2015 – Alsteens vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/12 RENV)
((Servizz pubbliku - Kawża mibgħuta lura wara annullament - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid ta’ kuntratt - Regola tas-sitt snin))
(2015/C 190/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Suġġett tal-kawża
Kawża mibgħuta lura wara annullament – Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-perijodu ta’ estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
G. Alsteens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess sostnuti rispettivament fil-Kawżi F-87/12, T-373/13 P u F-87/12 RENV, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża F-87/12.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti fil-Kawżi T-373/13 P u F-87/12 RENV.
Full & Egal Universal Law Academy