30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/24
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — D’Agostino vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-93/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Dmir ta’ premura - Interess tas-servizz - Eżami komplet u dettaljat fi ħdan is-servizzi kollha tal-possibbiltajiet ta’ impjieg li jikkorrispondu għall-kompiti previsti fil-kuntratt)
2013/C 352/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luigi D’Agostino (Lussemburgu, il-Lussembrugu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ L. D’Agostino hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn L. D’Agostino.
(4)
L. D’Agostino għandu jbati żewġ terzi mill-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23.
Full & Egal Universal Law Academy