30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/25
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Verstreken vs Il-Kunsill
(Kawża F-98/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2008 - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa - Motivazzjoni - Motivazzjoni ġenerali u stereotipata)
2013/C 352/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kathleen Verstreken (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Talba sabiex jiġu annullati d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2011, li Kathleen Verstreken ma tiġix promossa fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2008 u 2009 hija annullata.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kathleen Verstreken.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012, p. 24.
Full & Egal Universal Law Academy