21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/21
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 — Hanschmann vs Europol
(Kawża F-104/12) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Annullament mit-Tribunal - Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal)
2013/C 377/49
Lingwa tal-kawża:l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ingo Hanschmann (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, li ttieħdet bħala eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Hanschmann vs Europol, F-27/09, li permezz tagħha l-Europol tat lir-rikorrent somma f’daqqa intiża sabiex tikkumpensa d-dannu kkawżat lilu minħabba d-deċiżjoni li din is-sentenza annullat.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija alloka lil I. Hanschmann is-somma ta’ EUR 13 000 sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010, Hanschmann vs Europol (F-27/09), hija annullata.
(2)
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn I. Hanschmann.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 70.
Full & Egal Universal Law Academy