21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/22
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 — Knöll vs Europol
(Kawża F-105/12) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġidid ta’ kunratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Annullament mit-Tribunal - Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal)
2013/C 377/50
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Brigitte Knöll (Hochheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, li teżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-29 ta’ Ġunju 2010, fil-kawża Knöll vs Europol, F-44/09, li permezz tagħha Europol ta lir-rikorrenti somma f’daqqa intiża li tikkumpensaha għad-danni kkawżati lilha mid-deċiżjoni li l-imsemmija sentenza annullat
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ta lil B. Knöll is-somma ta’ EUR 20 000 sabiex jeżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal tad-29 ta’ Ġunju 2010, Knöll vs Europol (F-44/09), hija annullata.
(2)
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn B. Knöll.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 70.
Full & Egal Universal Law Academy