16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/31
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2013 — Nardone vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/12) (1)
(Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat Mediku - Motivazzjoni - Rikors għad-danni - Tul tal-proċeduri)
2013/C 336/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Albert Nardone (Piétrain, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku li ddeċieda dwar ir-rata ta’ invalidità tar-rikorrent u dwar il-fatt li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol.
Dispożittiv
(1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Nardone l-interessi moratorji għall-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2006 u l-15 ta’ Lulju 2010 fuq l-ammont ta’ EUR 8 448,51 bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu inkwistjoni, miżjuda b’żewġ punti, kif ukoll is-somma ta’ EUR 3 000.
(2)
Il-kumplament tat-talbiet tal-appell huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż imġarrba minn A. Nardone.
(4)
A. Nardone għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 379, 8.12.2012, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy