23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/69
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2013 — Wahlström vs Frontex
(Kawża F-116/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Diskussjoni annwali mal-evalwatur - Iffissar ta’ għanijiet)
2013/C 344/126
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuti: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Vuorensola, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent u t-talba għal kumpens
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
K. Wahlström għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 379, 8.12.2012, p. 39.
Full & Egal Universal Law Academy