8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/34
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Arguelles Arias vs Il-Kunsill
(Kawża F-122/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Rexissjoni - Pożizzjoni okkupata li teħtieġ approvazzjoni tas-sigurtà - Approvazzjoni rrifjutata mill-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà - Deċiżjoni mibdula mill-korp tal-appell - Konklużjonijiet tal-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà u tal-korp tal-appell li ma jorbtux lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti)
2014/C 71/66
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Arguelles Arias (Awans, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Lecuyer, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tkeċċi lir-rikorrenti u talba għal kumpens għad-danni materjali u morali subiti minnu.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Arguelles Arias għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 26, 26.1.2013, p. 72.
Full & Egal Universal Law Academy