30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/25
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Solberg vs OEDT
(Kawża F-124/12) (1)
(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)
2013/C 352/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentant: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju ma jiġġeddidx.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors ta’ U. Solberg huwa miċħud.
(2)
U. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA).
(1) ĠU C 26, 26.1.2013, p. 72.
Full & Egal Universal Law Academy