28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – CR vs Il-Parlament
(Kawża F-128/12) (1)
((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament - Intenzjoni li l-amministrazzjoni titwassal biex twettaq żball - Prova - Nuqqas ta’ opponibbiltà lill-amministrazzjoni tat-terminu ta’ ħames snin biex tiġi ppreżentata t-talba għall-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konkordanza - Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors - Ammissibbiltà))
2014/C 129/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CR (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebelle-Demogeot u E. Taneva, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jitwettaq, b’applikazzjoni tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-irkupru tal-allowances għall-ulied dipendenti kollha mħallsa indebitament lir-rikorrent u mhux biss dawk li ġew imħallsa indebitament lilu matul l-aħħar ħames snin.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CR għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 26, 26/01/2013, p. 73.
Full & Egal Universal Law Academy