8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — CH vs Il-Parlament
(Kawża F-129/12) (1)
(Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Rexissjoni antiċipata tal-kuntratt - Talba għal assistenza - Fastidju psikoloġiku)
2014/C 39/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CH (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u E. Taneva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha intiża għar-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll talba għad-danni.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-19 ta’ Jannar 2012, li ssir rexissjoni tal-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat ta’ CH hija annullata.
(2)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għall-assistenza ta’ CH tat-22 ta’ Diċembru 2011 hija annullata.
(3)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CH is-somma ta’ EUR 50 000.
(4)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ CH.
(1) ĠU C 26, 26.1.2013, p. 73.
Full & Egal Universal Law Academy