8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/29
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marenco vs REA
(Kawża F-135/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni - Stabbiltà tal-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni)
2014/C 39/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Claudia Marenco (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, aġent, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni REA/2011/TA/PO/AD5.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni kkomunikata permezz ta’ messaġġ elettroniku tat-12 ta’ Marzu 2012 lil C. Marenco li permezz tiegħu l-Kumitat ta’ Selezzjoni tas-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess REA/2011/TA/PO/AD 5 rrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi l-isem ta’ C. Marenco fil-lista ta’ riżerva fi tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni hija annullata.
(2)
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn C. Marenco.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 74.
Full & Egal Universal Law Academy