1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/20
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — A vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-142/12) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Inċident jew mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Invalidità permanenti parzjali - Talba għal kumpens)
2014/C 31/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: A (S., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier, A. Paternostre u G. Ladrière, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, C. Mélotte, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għal rikonoxximent ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, li r-rikorrent kien ressaq skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, li rrikonoxxitlu rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 20 % u li tiffissa d-data ta’ konsolidazzjoni fil-25 ta’ Frar 2010 u t-talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali tiegħu.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2012 li ttemm il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-mard ikkaġunat mix-xogħol li kien vittma tiegħu A hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A is-somma ta’ EUR 3 500.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż esposti minn A.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 77.
Full & Egal Universal Law Academy