30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Solberg vs (EMCDDA)
(Kawża F-148/12) (1)
(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)
2013/C 352/50
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
M. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga.
(1) ĠU C 71, 9.3.2013, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy