24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Forget vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-153/12) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tad-dar - Kundizzjoni għall-għoti - Sħubija rreġistrata taħt id-dritt Lussemburgiż - Koppja msieħba stabbli mhux miżżewġa li għandha aċċess għaż-żwieġ ċivili - Uffiċjal li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal))
2014/C 421/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claude Forget (Steinfort, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Kerger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-allowance tad-dar kif ukoll il-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tar-rikorrent.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
C. Forget għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy