19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-156/12) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aġir ħażin - Fastidju mis-superjuri diretti - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Kumpens mogħti abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal li ma jkoprix id-dannu kollu subit - Talba għal kumpens kumplimentari))
(2015/C 016/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: McCoy (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u J.C Cañoto Argüelles, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni u t-talba ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil McCoy is-somma ta’ EUR 20 000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż ta’ McCoy.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy