15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015 – CJ vs ECDC
(Kawżi F-159/12 u F-161/12) (1)
((Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Rexissjoni - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Dritt ta’ smigħ - Ksur))
(2015/C 198/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: inizjalment R. Trott, aġent, A. Duron u D. Waelbroeck, avukati, sussegwentement J. Mannheim u A. Daume, aġenti, A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)
Suġġett tal-Kawża F-159/12
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ rexissjoni tal-kuntratt tar-rikorrent, għar-riintegrazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu u għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li huwa seta’ jibqa’ jirċievi u l-allowance li huwa jirċievi, b’żieda ta’ rata tal-interessi.
Suġġett tal-Kawża F-161/12
Talba għall-ħlas tad-danni għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrent minħabba l-fatt li tkeċċa mix-xogħol.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2012 tad-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard li tirrexindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt ta’ CJ hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża F-159/12 huwa miċħud.
3)
Ir-rikors fil-Kawża F-161/12 huwa miċħud.
4)
Fil-kawża F-159/12, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
5)
Fil-Kawża F-161/12, CJ għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.
6)
Fil-Kawża F-159/12, CJ huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal ammont ta’ EUR 2 000 bħala rimbors ta’ parti mill-ispejjeż evitabbli li dan tal-aħħar kellu jsostni.
(1) ĠU C 63, 02/03/2013, p. 26 u ĠU C 55, 23/02/2013, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy