3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/86
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2013 — Andersen vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-1/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar minħabba invalidità - Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2013/C 225/198
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Henrik Andersen (Hals, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, N. Scafarto u B. Schäfer, aġenti)
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad il-kumpens għat-telf allegatament subit wara l-irtirar tar-rikorrent minħabba invalidità.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
(2)
H. Andersen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 133, 5.5.2012, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy