25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/34
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-17/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinali tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 147/64
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: Me G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Mme C. Berardis-Kayser u M. J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn Me A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura għar-rikonoxximent tal-gravità tal-marda li kien isofri minnha.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Maruccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti mil-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy