21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/23
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-19/12) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat b’faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma bil-miktub tal-avukat differenti minn dik fuq ir-rikors oriġinali mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta - Ineżistenza)
2013/C 377/52
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayer u J. Baquero Cruz, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni li tinkludi deċiżjoni jew diversi deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni amministrattiva tar-rikorrent u talba għall-kumpens għad-dannu.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012. p. 34
Full & Egal Universal Law Academy